You are here: Home Avviżi

Avviżi

Avviżi tal-parroċċa

It-Tnejn

21 ta' Mejju 2012

Il-Grupp Nazzjonali Tigdid kariżmatiku Kattoliku, qed jorganizza 3 ijiem ta’ Adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat, minn nhar/għada it-Tnejn sal-Erbgħa, fil-kappella ta’ San Gorg B’Buġa. Il-ħin tal-Adorazzjoni hu bejn it-8.00 a.m. u is-7.00 p.m. Kulħadd hu mistieden.

It-Tlieta

22 ta' Mejju 2012

Nhar it-Tlieta, fis-6.00 p.m. fis-Sala tal-Knisja, se jsir rehearsal għat-tfal tal-Kor, bi preparazzjoni għall-Ewwel Tqarbina. Dawk it-tfal li jixtiequ jingħaqdu mal-Kor jistgħu jattendu.

L-Erbgħa

23 ta' Mejju 2012

Nhar l-Erbgħa, l-Quddiesa tat-7.45 a.m. se tkun Ad Unur tal-Fundatriċi tas-Sorijiet tal-Karita’ Santa Giovanna Antida Thouret. Kulħadd hu mistieden b’mod speċjali t-tfal. Ninfurmawkom li din l-quddiesa mhix se ddum aktar mis-soltu.

Fid-9.15 a.m. Irtir minn nisa ta’ l-Azzjoni Kattolika għand is-Sorijiet tal-Karita’. Iqaddes u jipprietka Patri Damjan Cachia.

Fid-9.00 a.m. jsir il-Ħasil tal-Knisja.

Fis-7.00 p.m. Laqgħa għall-Ommijiet tat-Tfal tal-Preċett, fis-Sala tal-knisja.

Il-Ħamis

24 ta' Mejju 2012

Nhar il-Ħamis, mid-9.30 a.m. sal-10.30 a.m. mis-sala Sta Rita se nkomplu nqasmu l-ikel (għal dawk li għadhom ma ħadux) u huma ntitulati għalih.

Fis-7.00 p.m. fis-Sala tal-Knisja se jkompli l-kors ta’ 3 laqgħat dwar l-Evanġelju ta’ San Ġwann. Imexxi dan il-kors il-Kap tad-Dipartiment tal-iskrittura fl-Universita’, Fr Martin Micallef. Inheġġukom tattendu. Minħabba dan il-kors ma jkunx hawn Adorazzjoni.

Il-Ġimgħa

25 ta' Mejju 2012

Se jsir pellegrinaġġ, nhar il-Ġimgħa fis-6.00 p.m. għall-Kappella ta’ Bengħisa. Dan jibda minn ħdejn l-Uffiċini tal-Freeport. F’Bengħisa jkun hemm il-quddiesa u wara jkun hemm Timpana u Tombla. Se jkun provdut ukoll trasport lura

Fis-7.30 Laqgħa għall-Pre-Youths fis-Sala tal-Knisja.

Ta’ kull ġimgħa il-membri taż-ŻAK qed jorganizzaw laqgħat għaż-Żgħażagħ, skont l-eta’ , fl-istess ċentru. Aktar informazzjoni dwar ġranet u ħinijiet tinkiseb, miċ-Ċentru taż-ŻAK jew mill-Uffiċċju Parrokkjali.

Laqgħa oħra għall-Adolexxenti qed isir mill-Legion of Mary fil-Kappella ta’ Żurrieq Rd, fil-5.00 p.m.

Fis-7.00 p.m. Laqgha għall-Missirijiet tat-tfal tal-Preċett fil-Museum tas-Subien.

Qed isir prayer meeting fil-Qajjenza fis-7.00 p.m. kull ġimgħa.

Il-Ħadd

27 ta' Mejju 2012

Nhar il-Ħadd, fin–Naxxar se jsir id-79 Kungress Nazzjonali tax-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla. Il-Korteo jibda fis-6.00 p.m. u fis-6.30 p.m. jkun hemm l-Quddiesa. Kulħadd hu mistieden.

Tagħrif Ieħor

Qed isiru laqgħat għal kulħadd, kull nhar ta’ ħadd, fil-Muż. tas-Subien fis-6.45 p.m.

Għada/Illum , wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, jkun hemm it-tombla fis-sala tal-knisja.

Fit-talb tagħna niftakru fl-erwieħ ta’ Nazzarenu Briffa, Catherine Bool u Marion Betts li mietu matul l-ġimgħa. Agħtihom Oh Mulej

Merħba

Din hija s-sit uffiċċjali tal-Parroċċa ta' San Pietru fil-Ktajjen Birżebbuġa

Ħinijiet tal-Quddiesa

Ħdud u Festi:

6.00, 7.00, 8.00, 9.00, 11.00 am; 5.30 pm fix-xitwa; 6.00 pm fis-sajf

Sibtijiet fil-għaxija:

5.30, 6.30 pm (Minn Lulju sa Settembru: 5.30, 6.30, 7.30 pm)

Matul il-ġimgħa:

6.00, 7.00, 7.45, 8.30 am and 6.30 pm

Ħinijiet ta' l-Uffiċċju Parrokkjali

It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa

Mid-9.00 am sal-10.30 am

It-Tlieta u l-Ħamis

Mis-6.00 pm sas-6.45 pm

 

 

Suġġerimenti 100 Sena Parroċċa

Fid-9 ta’ Settembru 2013, il-Parroċċa tiċċelebra l-100 sena mit-twaqqif tagħha.

Inħeġġukom tibagħtu s-suġġerimenti tagħkom fl-indirizz suggestions@bugaparish.org jew lill-Uffiċċju Parrokkjali għall-konsiderazzjoni tal-Grupp 100 sena Parroċċa B’Buġa.

Kull korrispondenza tiġi trattata b’mod kunfidenzjali.

Kompetizzjoni Logo / Mużika
« May 2012 »
May
SuMoTuWeThFrSa
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
2728293031