You are here: Home

Mission Statement

Pjan Pastorali 2012 - 2014

 

Bħala membri tal-parroċċa ta’ San Pietru fil-Ktajjen f’Birżebbuġa, nemmnu li għandna sehem mill-missjoni ta’ Kristu permezz tal-Magħmudija li rċevejna. Imħeġġin mill-Ispirtu s-Santu u fuq l-eżempju ta’ missierna San Pietru, nfittxu li:
- Nsaħħu u niċċelebraw il-Fidi tagħna f’Ġesu’ Kristu u r-relazzjonijiet tagħna ma’ xulxin bħala familja ta’ Alla permezz tal-Kelma u s-Sagramenti, speċjalment bl-Ewkaristija.
- Nikbru bħala komunita’ billi nfittxu l-ġid, l-aktar dak spiritwali, ta’kull wieħed u waħda minna għax hu jew hi dixxiplu ta’ Kristu.
- Inkunu ta’ għajnuna għall-oħrajn, l-aktar dawk li huma fil-bżonn (mingħajr ebda diskriminazzjoni ta’ razza, kulur, reliġjon, eċċ.,) bħalma għamel Ġesu’ u bħalma tgħallimna l-Knisja.

 

Ara il-Pjan Pastorali >>

Merħba

Din hija s-sit uffiċjali tal-Paroċċa ta' San Pietru fil-Ktajjen.

Ħinijiet tal-Quddiesa

Ħdud u Festi:

6.00, 7.00, 8.00, 9.00, 11.00 am; 5.30 pm fix-xitwa; 6.00 pm fis-sajf

Sibtijiet fil-għaxija:

5.30, 6.30 pm (Minn Lulju sa Settembru: 5.30, 6.30, 7.30 pm)

Matul il-ġimgħa:

6.00, 7.00, 7.45, 8.30 am and 6.30 pm

Ħinijiet ta' l-Uffiċċju Parrokkjali

It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa

Mid-9.00 am sal-10.30 am

It-Tlieta u l-Ħamis

Mis-6.00 pm sas-6.45 pm

 

 

Suġġerimenti 100 Sena Parroċċa

Fid-9 ta’ Settembru 2013, il-Parroċċa tiċċelebra l-100 sena mit-twaqqif tagħha.

Inħeġġukom tibagħtu s-suġġerimenti tagħkom fl-indirizz suggestions@bugaparish.org jew lill-Uffiċċju Parrokkjali għall-konsiderazzjoni tal-Grupp 100 sena Parroċċa B’Buġa.

Kull korrispondenza tiġi trattata b’mod kunfidenzjali.

« February 2012 »
February
SuMoTuWeThFrSa
1234
567891011
12131415161718
19202122232425
26272829